Welcome to Gozo Minor Seminary

 

Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

Applikazzjonijiet ta’ applikanti oħra għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja u fl-ewwel sena kindergarten fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex jintlaqgħu minn nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Frar sat-Tlieta, 14 ta’ Frar 2023. L-applikazzjonijiet isiru onlajn minn https://church.mt/gozoapplications. Aktar dettalji jinstabu fir-Regolamenti tad-Dħul. Għal aktar għajnuna ċempel 7999 0271 mit-8:00am sas-2:00pm tal-istess ġranet. Postijiet vakanti fl-ewwel sena sekondarja baqa’ 19 għal bniet u 9 għas-subien u fl-ewwel sena kindergarten baqa’ 47 post.

F’Novembru 2022 ġew ippublikati r-Regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex u f’ Diċembru saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju.

Dawn huma dettalji tal-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju skola, skola f’Għawdex. Id-dettalji tal-applikanti se jkunu ppublikati fuq il-paġna tal-iskejjel tal-Knisja li tinsab f’ www.knisja.mt.

Għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja fil-Konservatorju tal-Isqof Sekondarja rċevejna tlieta u erbgħin (43) applikazzjoni ta’ bniet li qed jattendu s-sitt sena f’xi skola tal-Knisja f’ Għawdex. Erbgħa (4) minn dawn l-applikazzjonijiet huma bis-sapport. Għalhekk il-Konservatoru tal-Isqaf Sekondarja jista’ jaċċetta ftit aktar bniet bis-sapport. Irċevejna wkoll żewġ (2) applikazzjonijiet tal-impjegati fil-Konservatoru tal-Isqof, tlett (3) applikazzjonijiet li għandhom ħuthom jattendu l-Konservatorju tal-Isqof Sekondarja, u waħda każ soċjali. Dawn iġibu total ta’ tlieta u ħamsin (43+4+2+3+1=53) applikazzjoni . Dan ifisser li minn total ta’ 72 post issa baqa’ dsatax (19) –il post vakanti.

Għad-dħul fl-ewwel sena sekondarja fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù rċevejna tlieta u erbgħin (43) applikazzjoni ta’ subien li qed jattendu s-sitt sena f’xi skola tal-Knisja f’ Għawdex. Irċevejna tnejn (2) applikazzjonijiet tal-impjegati fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, tnejn (2) applikazzjonijiet li għandhom ħuthom jattendu s-Seminarju.

Rċvejna erbgħatax (14) il-applikazzjoni bis-sapport għas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù. Dan jirrikjedi li żewġ klassijiet se jkollhom 3 LSEs għalhekk in-numru ta’ studenti f’dawn iż-żewġ klassijiet se jonqos b’tifel f’kull klassi. Minhabba dan in-numru konsiderevoli ta’ studenti bis-sapport mhux possibbli li s-Seminarju jaċċetta aktar tfal bis-sapport.

Għalhekk it-total ta’ postijiet utiliżati huwa ta’ tlieta u sittin (43+2+2+14+2=63). Dan ifisser li minn total ta’ 72 post issa baqa’ disa’ (9) postijiet vakanti.

Din it-tabella tiġbor fiha l-applikanti tal-ewwel kriterju għall-ewwel sena sekondarja.

Għad-dħul fl-ewwel sena kindergarten fil-Konservatorju tal-Isqof Primarja rċevejna tmien (8) applikazzjonijiet li għandhom ħuthom jattendu l-Konservatorju tal-Isqof Primarja, tmien (8) applikazzjonijiet li l-ġenitur tagħhom jaħdem fi skola sekondarja tal-knisja f’Għawdex u applikazzjoni bħala każ soċjali. Dawn iġibu total ta’ sbatax (8+8+1=17) - il applikazzjoni. Dan ifisser li minn total ta’ 24 post issa baqa’ sebgħa (7) postijiet vakanti.

Għad-dħul fl-ewwel sena kindergarten ta’ Laura Vicuna, l-Għasri, rċevejna applikazzjoni (1) ta’ mpjegata Laura Vicuna, ħdax (11)-il applikazzjonijiet li għandhom ħuthom jattendu Laura Vicuna, applikazzjoni (1) li l-ġenitur tagħhom jaħdem fi skola sekondarja tal-knisja f’Għawdex u ħames (5) applikazzjonijiet li joqgħodu l-Għasri. Minn dawn il-ħamsa, tlieta biss jieħdu posthom Laura Vicuna u aktar il-quddiem jiġu magħrfa dwar polza bejniethom. Mela b’kollox għandna total ta’ sittax (1+11+1+3=16)-il applikazzjoni. Dan ifisser li minn total ta’ 24 post issa baqa’ tmien (8) postijiet vakanti.

Għad-dħul fl-ewwel sena kindergarten f’ St. Theresa f’ Kerċem rċevejna żewġ (2) applikazzjonijiet ta’ tfal li għandhom ġenitur jaħdem fl-istess skola tal-Knisja u ħdax (11)-il applikazzjoni li għandhom ħuthom jattendu St. Theresa. Dawn iġibu total ta’ tlettax (2+11=13) -il applikazzjoni. Dan ifisser li minn total ta’ 24 post issa baqa’ ħdax (11) –il post vakanti.

Għad-dħul fl-ewwel sena kindergarten St Francis, Victoria rċevejna tlett (3) applikazzjonijiet ta’ tfal li għandhom ġenitur jaħdem fl-istess skola tal-Knisja, tmien (8) applikazzjoni li għandhom ħuthom jattendu St Francis Victoria u żewġ (2) applikazzjonijiet li l-ġenitur tagħhom jaħdem fi skola sekondarja tal-knisja f’Għawdex . Dawn iġibu total ta’ tlettax (3+8+2=13) - il applikazzjoni. Dan ifisser li minn total ta’ 24 post issa baqa’ ħdax (11) –il post vakanti.

Għad-dħul fl-ewwel sena kindergarten St Francis, in-Nadur rċevejna żewġ (2) applikazzjonijiet. Għalhekk minn total ta’ 12-il post għad baqa’ 10 postijiet vakanti f’ St Francis, In-Nadur. Infakkru li din l-iskola hija biss għal-livelli tal-kinder.

Din it-tabella tiġbor fiha l-applikanti tal-ewwel kriterju għall-ewwel sena kindergarten

 

Il-Bord tad-Dħul tal-Iskejjel tal-Knisja
27 ta’ Jannar 2023