FOOTBALL LEAGUE 2017-2018
Wara tliet xhur ta’ futbol waqt il-brejks ta’ nofsinhar, fejn ħadu sehem madwar 300 student, il-lig tal-futbol ġie fit-tmiem tiegħu b’ħames finali eċċitanti għal kull form bejn il-5 u t-8 ta’ Frar 2018.
Il-finali tal-Form 1 kienet bejn 1WA u 1GA fejn il-1WA ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-3. 1WA kien magħmul minn Matthias Bonnici (c), Isaac Azzopardi, Owen Saliba, Giuzeppe Formosa u Simon Mizzi.
Il-finali tal-Form 2 kienet aktar eċċitanti bejn 2WA u 2GA fejn il-logħba intemmet 1-1 u wara l-għoti tal-penalties it-2WA ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2. It-tim ta’ 2WA kien magħmul minn Zach Camilleri (c), Nathan Axiaq, Albert-Lauren Aguis, Shaun Portelli u Nathan Refalo.
Il-final tal-form 3 kienet bejn 3YA u 3WC fejn wara logħba akkanita l-iskor intemm 1-1. Wara l-għoti tal-penalties rebaħ it-tim ta’ 3YA bl-iskor ta’ 3-2. It-tim ta’ 3YA kien magħmul minn Malcolm Azzopardi (c), Jake Buttigieg, Kurt Mifsud, Justin Attard, Glenn Said.
Il-final tal-form 4 kienet bejn 4WD u 4WB fejn il-logħba intemmet bl-iskor ta’ 3-1 favur it-tim tal-4WD. It-team tal-4WD kien magħmul minn Francesco Caruana (c), Mark Dingli, Luke Cardona, Joseph Mario Grech u Adam Borg.
L-aħħar finali għal dan l-istaġun, kienet il-finali tal-Form 5 bejn il-Form 5WA u 5GA. Wara logħba missielta sal-aħħar minuta, it-tim tal-5WA ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 3-1. (skorers Etienne Xiberras, Daniel Cassar, Joseph Mizzi u Emerson Zammit). It-tim tal-5WA kien magħmul minn Etienne Xiberras (C), Daniel Cassar, Kyle Attard, Joseph Mizzi, Darren Saliba u Matthew John Grech. Dan kien l-aħħar lig għal tal-Form 5 fl-iskola tagħna. Nawgurawlhom aktar suċċessi fil-futur.